Symposium Internazzjonali ta’ Cambridge dwar il-Kriminalità Ekonomika

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali pparteċipa fl-40 Simpożju Internazzjonali dwar Reati Ekonomiċi, li sar mit-3 ta’ Settembru sal-10 ta’ Settembru 2023, ġewwa Jesus College, l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit.

L-enfasi primarja tas-simpożju kienet l-‘integrità’.

L-Avukat Ġenerali pparteċipat bħala panelista f’diskussjoni dwar il-Konfiska Bbażata fuq Nuqqas ta’ Kundanna u l-ħasil tal-flus internazzjonali, fejn hija kkontribwixxiet b’referenza partikolari għal-liġi Maltija. Speċifikament, il-panel kienet intitolata ‘Beyond the Borders: NCB Forfeiture Cases in International Jurisdictions’, u trattat is-suġġetti kumplessi tal-konfiska bbażata fuq nuqqas ta’ kundanna u r-reat tal-ħasil tal-flus fuq skala internazzjonali.