Fl-14 ta’ Lulju 2023, l-Avukat Ġenerali kellu laqgħa kordjali ma’ delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Commonwealth (CLA) — organizzazzjoni ta’ sħubija għal avukati professjonali, akkademiċi u studenti li jipprattikaw fil-Commonwealth — fid-dawl ta’ Konferenza dwar il-Liġi tal-Commonwealth li għandha tiġi organizzata f’Malta fl-2025.
Id-delegazzjoni magħmula mill-President tas-CLA Peter Maynard, l-eks President Mark Stephens CBE u s-Segretarju Ġenerali Brigid Watson, iddiskutew kwistjonijiet relatati mal-aġenda tal-konferenza ta’ Malta, is-sħubija fis-CLA, in-networks legali professjonali f’Malta, is-sistema tal-ġustizzja kriminali u oqsma oħra ta’ interess reċiproku bejn is-CLA u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.