Fit-8 ta’ Mejju 2023, l-Avukat Ġenerali kellu laqgħa kordjali ħafna mas-Sinjura Ingrid Derveaux, Segretarju Ġenerali tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
In-netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) huwa netwerk ta’ istituzzjonijiet u awtoritajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea (UE). L-għan tiegħu huwa li jippromwovi u jiffaċilita l-iskambju tal-għarfien, l-aħjar prattiki, u l-programmi ta’ taħriġ fost il-professjonisti ġudizzjarji fi ħdan l-UE.
L-għan tal-laqgħa kien li jittejbu l-kwalità u l-effettività tat-taħriġ tal-prosekuturi lokali permezz ta’ seminars, konferenzi, workshops, u programmi ta’ taħriġ fl-oqsma tad-dritt tal-UE, id-drittijiet tal-bniedem, u l-ġustizzja kriminali.
