Il-Viċi Avukat Ġenerali

Il-Viċi Avukat Ġenerali huwa Dr. Philip Galea Farrugia.

Wara li kiseb id-Dottorat tiegħu fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2001, huwa waqqaf il-prattika tal-liġi privata tiegħu fil-Belt Valletta, fejn ħadem f’għadd ta’ oqsma legali u deher quddiem firxa wiesgħa ta’ qrati u tribunali. Fl-2010 huwa ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fejn kompla l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu fil-liġi kriminali u l-prosekuzzjoni, u kien prosekutur ewlieni f’diversi proċessi mill-ġurija. Huwa ġie promoss għal Konsulent Anzjan tar-Repubblika u sussegwentement għall-Assistent Avukat Ġenerali, fejn mexxa d-Dipartiment tal-Liġi Kriminali u l-Prosekuzzjoni.

Huwa rċieva l-ħatra tiegħu bħala Viċi Avukat Ġenerali fit-8 ta’ Jannar 2020.

Deputy Attorney General