L-Avukat Ġenerali

L-Avukat Ġenerali attwali hija Dr Victoria Buttigieg B.A., LL.D, M.A. (Fin. Serv.).

Dr Buttigieg iggradwat b’Dottorat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2001, kisbet il-mandat tagħha fl-2002 u l-Master tal-Liġijiet fis-Servizzi Finanzjarji tagħha fl-2004.

Fl-2002 bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala avukat subalterna fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fl-2007 ingħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala avukat u fl-2012 inħattret Assistent Avukat Ġenerali. Fl-2019, Dr Buttigieg inħattret bħala l-ewwel Avukat tal-Istat u fid-9 ta’ Settembru 2020 inħattret Avukat Ġenerali

The Attorney General