Unità tal-Affarijiet Ewropej
Il-prosekuturi fi ħdan din l-Unità jittrattaw, fost l-oħrajn, talbiet relatati mat-trasferiment ta’ proċedimenti tal-qorti, trasferimenti ta’ persuni sentenzjati, ordnijiet ta’ superviżjoni u probation Ewropej u sanzjonijiet alternattivi. Il-prosekuturi jkopru wkoll in-notifika ta’ kundanni barranin lil stati ta’ pajjiżi terzi f’termini tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali.
Il-prosekuturi fi ħdan din l-Unità jikkompilaw ukoll kwestjonarji li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll dawk minn fora internazzjonali oħra bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Commonwealth.
Il-prosekuturi jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tal-Unjoni Ewropea (UE), il-Kunsill tal-Ewropa u istituzzjonijiet oħra, konferenzi, webinars u gruppi ta’ ħidma, kemm fiżikament kif ukoll virtwalment. Dan jinkludi wkoll l-attendenza ta’ laqgħat u seminars relatati ma’ kwistjonijiet tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa, kemm f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż.
Wieħed mill-prosekuturi f’din l-Unità huwa maħtur ukoll bħala kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) li jkopri d-Direttivi Qafas tal-UE u huwa responsabbli wkoll għall-aġġornament tal-fishe belges fuq is-sit web tan-NĠE.
Mill-2020, wieħed mill-prosekuturi fi ħdan din l-Unità ġie nnominat bħala l-espert tal-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta u huwa responsabbli wkoll għall-aġġornament tas-sajhe espagnole relatat ma’ Malta.