Politika dwar il-cookies

L-Uffiċċju huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit web. Aħna nistinkaw biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex b’mod volontarju permezz tal-formoli online.

X’inhi cookie?
Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jitlob lill-brawżer tiegħek biex jaħżen bħala strings ta’ test fuq hard-disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jgħixu fuq il-brawżer tiegħek.  Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.
 
Liema tipi ta’ cookies juża dan is-sit web?
Dan is-sit web juża ż-żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:
 
Cookies tas-sessjoni:  dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit web.  Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru malli tagħlaq il-brawżer.
 
Cookies ta’ parti terza limitati:  dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet li mhumiex dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi fuq dan is-sit web huwa ristrett u permess biss għall-fini ta’ kondiviżjoni soċjali (jippermettilek taqsam l-artikli tagħna permezz tad-diversi networks tal-midja soċjali) u meta ninkorporaw kontenut fil-paġni ta’ dan is-sit web minn siti web oħra ta’ partijiet terzi.
 
Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?
Jekk il-brawżer tiegħek MHUX ikkonfigurat, b’mod awtomatiku, biex timblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura manwalment il-brawżer tiegħek biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web. Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tagħmel is-settings tal-konfigurazzjoni meħtieġa billi żżur is-sit li ġej: http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/
 
Id-diżattivazzjoni tal-cookies ta’ dan is-sit web mhux se taffettwa l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.