It-22 kors ta’ speċjalizzazzjoni fil-Liġi Kriminali Internazzjonali għall-Penalisti Żgħażagħ

Żewġ prosekuturi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali pparteċipaw fiżikament, bejn it-12 u s-17 ta’ Ġunju 2023, fit-22 kors ta’ speċjalizzazzjoni fil-Liġi Kriminali Internazzjonali għall-Penalisti Żgħażagħ, M. Cherif Bassiouni, li sar f’ Sirakuża, l-Italja. Il-kors intensiv ta’ ġimgħa ffoka primarjament fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni ta’ Ġenoċidju.

Id-direttur tal-kors kien il-magħruf Professur William Schabbas, Professur tal-liġi internazzjonali fl-Università ta’ Middlesex f’Londra u Professur Emeritus tal-liġi kriminali internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem fl-Università ta’ Leiden u chairman onorarju taċ-Ċentru Irlandiż għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Università nazzjonali tal-Irlanda, f’Galway. Kelliema oħra f’dan il-kors kienu l-Professur Leila Saddat, Konsulent Speċjali dwar ir-reati kontra l-umanità lill-Prosekutur tal-ICC, il-Professur Chile Eboe-Osuji, ex-President u Imħallef tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u l-Imħallef Carmel Agius, ex-President tal-Mekkaniżmu residwu Internazzjonali għat-Tribunali Kriminali u ex-President tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja.

Iż-żewġ prosekuturi għaddew mill-eżami bil-miktub u orali li sar fi tmiem il-kors u ngħataw diploma.