Lekċer dwar il-Metodoloġija tal-FATF

Prosekuturi mill-Uffiċċju attendew taħdita ta’ waranofsinhar mis-Sur Yehuda Shaffer dwar il-metodoloġija adottata mill-FATF għall-valutazzjoni tal-konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF u l-effettività tas-sistemi tal-AML/CFT. Il-lekċer ġie organizzat mill-NCC u mmirat lejn il-prosekuturi, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u tal-irkupru tal-assi kif ukoll avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.