Bejn t-3 u l-5 ta’ Mejju 2023, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ospita l-14-il Konferenza tan-Netwerk tal-Prosekuturi Pubbliċi jew istituzzjonijiet ekwivalenti fil-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea – in-Netwerk Nadal.
Ġew diskussi tliet suġġetti matul il-konferenza inkluż il-Protezzjoni tad-Data u l-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, il-Futur tan-Network NADAL u l-Liġi Kriminali Ambjentali.
Il-Kapijiet Prosekuturi Pubbliċi mill-Istati Membri, pajjiżi oħra fl-Ewropa, rappreżentanti mill-istituzzjonijiet Ewropej (Eurojust, UPPE u EJTN) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Prosekuturi pparteċipaw fil-konferenza.
L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tan-netwerk NADAL ukoll ġie diskuss fit-tul u saru emendi biex jirriflettu r-realtà attwali tan-netwerk.